Il-Kunsill Lokali tal-Għarb ċaħad akkużi dwar Frenċ tal-Għarb, b’referenza għad-dikjarazzjoni riċenti li saru minn Kate Holmes.
Kate Holmes, saħqet li Francis Xavier Mercieca, magħruf bħala Frenċ tal-Għarb kien jagħmel użu mill-kannabiex sabiex jfejjaq lill-morda.
Il-Kunsill Lokali tal-Għarb ċaħad dan filwaqt li juri simpatija ma’ Kate Holmes. Il-Kunsill Lokali tal-Għarb saħaq li likona lokali u l-memorja tagħhu m’għandhomx jiġu mtappna b’allegazzjonijiet simili.
IlKunsill Lokali Għarb se jkun qed jieġu l-passi legali kollha neċessarji u opportuni sabiex il-memorja u r-reputazzjoni ta’ Frenċ tal-Għarb ma tiġix skurata bl-ebda mod jew manjiera.
Il-Kunsill Lokali tal-Għarb ikkonkluda li Frenċ tal-Għarb, kien wara kollox bniedem eżemplari. Matul ħajtu huwa għen mijiet ta’ nies f’diffikultajiet personali taghhom u rnexxielu jressaq numru ta’ segwaċi tiegħu lejn ilMadonna ta’ Pinu. Dan kollu huwa għamlu riżultat taddevozzjoni kbira li kellu lejn ilMadonna ta’ Pinu, u ċertament illi mhux għal xi gwadann personali.
//= $special ?>