Internazzjonali

Il-prezz taż-żejt jerġa’ jorħos…jinbiegħ bit-$32

Il-prezz taż-żejt kompla jonqos fil-prezz hekk kif il-Ħamis reġistra tnaqqis ta’ -4% biex iż-żejt Amerikan magħruf bħala, Wti, beda jinbiegħ bit-32.60 dollaru l-barmil filwaqt li l-Brent Crude beda jinbeigħ bit-32.75 dollaru kull barmil.
Dan minħabba żieda fit-tħassib li s-sitwazzjoni ekonomika fiċ-Ċina hi agħar milli kien maħsub kif ukoll provista tajba fis-suq.
Esperti fil-qasam qalu li mhux xi ħaġa daqshekk remota li issa ż-żejt jibda jinbiegħ bit-30 dollaru-il-barmil