Lokali

Il-Pulizija fl-Italja jfittxu persuni li kienu qed jużaw card sharing ta’ Sky

Il-Pulizija fl-Italja arrestaw madwar 83 persuna li kienu jużaw servizzi ta’ card sharing  ta’ Sky Italia u Mediaset Premium, b’mod speċjali biex ikunu jistgħu jaraw stazzjonijiet, b’mod speċjali sportivi, li wieħed irid iħallas biex ikollu.

Is-sistema’ kienet taħdem b’tali mod li persuna jħallas għas-servizz oriġinali iżda imbagħad jaqsam dan is-servizz ma’ numru ta’ persuni bi ħlas ferm irħas li madankollu jżommu għalih.

Dan kien qed iwassal biex il-kumpaniji tal-istazzjonijiet rispettivi tilfu miljuni fi flus u għalhekk għamlu pressjoni fuq il-Pulizija fl-Italja biex tinvestiga. L-investigazzjoni fetħet madwar sena ilu u riċentament ġew arrestati tmien persuni li kontrihom tressqu akkużi ta’ piraterija.

Iżda l-Pulizija Taljana bdiet tfittex ukoll klijenti li kienu qed jużaw dan is-servizz u ġew individwati mill-in1as 83 persuna. Ġew sekwestrati wkoll decoders, apparat relatat mal-kompjuters u għexieren ta’ ħard drives.

Fl-Olanda wkoll, numru ta’ persuni tressqu l-Qorti b’akkużi simili u fost l-oħrajn weħlu mal-mitt siegħa ta’ xogħol fil-komunita’ waqt li ngħataw il-ħelsien mill-arrest taħt numr uta’ kundizzjonijiet.

F’Malta din il-prattika kienet komuni ħafna u fl-aħħar jiem kienu ħafna dawk li staqsew għaliex ma baqgħux jaraw dawn l-istazzjonijiet. Għad mhux magħruf jekk il-Pulizija fl-Italja hix se titlob ukoll aċċess għal investigazzjoni f’pajjiżna.