L-awtoritajiet fil-Ġermanja qed jirreaġġixxu għall-għexieren ta’ allegazzjonijiet dwar l-aggrediment ta’ nisa bi skop sesswali li seħħ, jiem ilu, fil-belt ta’ Cologne. Dan waqt li l-Ministru Ġermaniż għall-Ġustizzja, Heiko Maas, indika l-‘possibbiltà’ li l-aggressuri li jinqabdu jispiċċaw iddeportati.
Ħafna mill-vittmi tal-aggrediment li spikka waqt Lejliet l-Ewwel tas-Sena, qalu li -aggressuri partikolari dehru li kellhom oriġini Għarbija jew Afrikana. Min-naħa tiegħu, Maas informa lill-grupp tal-istampa Ġermaniż ‘Funke’ li ‘kulmin jaħseb li jista’ jabbuża l-liġi jeħtieġ jingħata dak li ħaqqu, irrispettivament mil-lokalità u pajjiż li ġej minnhom’.
Fl-istess ħin, il-Ministru għall-Intern Ġermaniż, Thomas de Maiziere, sejjaħ biex kull residenti fil-Ġermanja jirrikonoxxi d-drittijiet tan-nisa. Intant, il-Ministru wkoll hedded lill-barranin li jwettqu reati ta’ din ix-xorta bid-deportazzjoni.
Minbarra din il-possibbiltà (ta’ deportazzjoni), immigrant jew refuġjat li qed ifittex kenn politiku fil-Ġermanja jista’ jeħel sa, mill-anqas, sena priġunerija f’każ li jinstab tassew li hu aggredixxa lin-nisa b’dan il-mod. Hu jista’ jeħel il-piena anki waqt li jkun għaddej minn proċedura li tiddeċidilu d-dritt għall-kenn politiku.
Fl-istess ħin, l-awtoritajiet Ġermaniżi, fosthom Maas, qalu li għad ma jafux jekk kwalunkwe mill-barranin li aggredew lin-nisa kenux refuġjati li qed jaħarbu mill-konflitti ta’ pajjiżhom.
Fl-ewwel sigħat tal-2016, madwar 90 mara kienu allegatament misruqa, mhedda jew abbużati bi skop sesswali waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Ġdida li kienu għaddejjin barra l-katidral ta’ Cologne. Mifhum li n-nies responsabbli kienu rġiel żgħażagħ, fil-maġġoranza xurbana, bl-awtoritajiet f’Cologne jirreferu wk għal talanqas każ wieħed ta’ stupru.
//= $special ?>