Diversi drabi naraw u nisimgħu b’appelli biex persuni bi bżonnijiet speċjali jitħallew igawdu mill-aċċessibbiltà li tixraqilhom bħalma tixraq lil kull wieħed u waħda minnha.
Madankollu, dan ma kienx il-każ dalgħodu għal żagħżugħ li lanqas biss seta’ jittella’ fil-vann mgħammar apposta għall-ħtiġijiet tiegħu.
Dan hekk kif xi “ruħ twajba” pparkjat il-karozza tagħha tant viċin il-vann, fuq linji sofor, li t-tfajla taż-żagħżugħ lanqas biss setgħet tiftaħ il-bieba ħalli ttella’ lil binha.
Fuq Facebook, it-tfajla taż-żagħżugħ kitbet li għal xi ħin kellhom joqgħodu jistennew lill-Pulizija minħabba din “ir-ruħ twajba” … filwaqt li awgurat l-għodwa t-tajba lil kulħadd!
//= $special ?>


