Internazzjonali

Sparatura f’għassa f’Pariġi

epa05091533 The body of man who reportedly carried a knife as he attempted to enter a Paris police station in the Goutte d'Or area lies on floor at a shooting scene, northern Paris, France, 07 January 2016. A man has been shot dead outside a Paris police station after apparently attacking the facility, amid fears that the incident might be an act of terrorism. Luc Poignant of the police union said the man allegedly shouted 'Allah is great' as he approached the facility. The incident comes on the one-year anniversary of an Islamist attack on the offices of satirical French newspaper Charlie Hebdo that prompted three days of terror and shootings in the city, ultimately resulting in 17 civilian deaths and the deaths of three Islamists as police closed in on them. EPA/YOAN VALAT

Pulizija f’għassa f’Pariġi fetħu n-nar wara li persuna ppruvat tidħol fil-bini armata b’sikkina fost għajjat ta’ “Allah hu l-Akbar” u skont l-ewwel rapporti seta’ kien liebes ċinturin bl-isplussiv biex jissplodi liliu nnifsu.
L-azzjoni seħħet fl-ewwel anniversarju mill-attakki terroristiċi fuq l-uffiċini tal-ġurnal satiriku Charlie Hebdo, fil-kapitali. Minuti qabel, il-President ta’ Franza, Francois Hollande kien faħħar il-Pulizija waqt diskors li fakkar il-vjolenza qattiela ta’ sena ilu.
F’Jannar li għadda, terroristi armati spiċċaw joqtlu 17-il persuna f’sensiela ta’ azzjonijiet li, minbarra l-massakru tal-karikaturisti ta’ Charlie Hebdo, kienu jinkludu attakk fuq supermarket li jbigħ l-ikel għal-Lhud. Kien hemm ukoll tliet pulizija fost il-vittmi, bil-belt ta’ Pariġi tispiċċa maħkuma bit-tensjoni bejn is-7 u d-9 ta’ Jannar tal-2015.
Wara li Hollande, il-Ħamis fakkar dan l-anniversarju iswed waqt id-diskors, fil-kwartieri-ġenerali tal-Pulizija, ħarġet l-aħbar dwar ‘l-isparatura’ fid-distrett tal-kapitali. L-uffiċjali, intant, irreferew għal raġel li kien armat b’sikkina, fost rapporti li r-raġel kien anki liebes ‘qmis tat-tip li jużaw l-aggressuri suwiċida’ u li wara nstab li kien finta.
Hu mifhum li r-raġel beda jgħajjat ‘Allah hu l-akbar’ barra l-għassa tal-Pulizija qrib ta’ Montmartre, u li l-pulizija fetħu n-nar fuqu u qatluh.
Dan ir-raġel kien qed ixejjer sikkina ftit qabel inqatel u l-esperti tal-isplussivi waslu fuq il-post minħabba li l-uffiċjali lemħu numru ta’ wires ħerġin minn ġisem l-aggressur.
Il-qawwiet tas-sigurtà użaw anki robot speċjalizzat għal dawn it-tipi ta’ investigazzjonijiet, u li ma indika l-ebda splussivi fuq il-persuna tar-raġel.