Lokali

Studju: Iċ-ċikkulata tikkalma s-sogħla

Ritratt: Fir0002/Flagstaffotos

Skont il-Professur Alyn Morice, espert internazzjonali dwar is-sogħla u li jaħdem mal-Universita’ ta’ Hull, studji riċenti juru li l-kakaw, li minnha ssir iċ-ċikkulata, tgħin biex tittaffa s-sogħla.

Mill-istudju jirriżulta li mistura li fiha tinkludi l-kakaw tgħin lil min ikollu s-sogħla biex jisgħol inqas. Meta mqabbla ma’ misturi li ma fihomx kakaw irriżulta li l-pazjenti li ħadu mistura bil-kakaw raw titjib sinifikanti f’jumejn.

L-istudju, ROCOCO, sar fuq 163 pazjent u mistenni li r-riżultati jiġu ppublikati fix-xhur li ġejjin.

Studju preċedenti, din id-darba mill-Imperial College ta’ Londra, sab li t-theobromine, li tinsab fil-kakaw ittaffi l-bżonn li wieħed iħoss biex jisgħol.

Ritratt: Fir0002/Flagstaffotos