L-investiment meħtieġ fir-riċerka kien enfażizzat waqt żjara li x-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia u x-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg għamlu fid-Dipartiment tar-Riċerka fl-Università ta’ Malta.
Matul iż-żjara, id-Deputati Nazzjonalisti tkellmu mat-tmexxija tad-Dipartiment u r-Riċerkaturi, fejn trattaw l-importanza ta’ tisħiħ f’dan is-settur. Huma esprimew ukoll l-importanza li r-Riċerka tibqa’ titqies bħala prijorità.
Min-naħa tagħhom, ir-Riċerkaturi qalu li jħossu li l-Maltin huma kapaċi jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan il-qasam. Dan għax għad-Dipartiment, ir-riżultati miksuba mir-Riċerkaturi Maltin huma inkoraġġanti.
Iċ-Ċentru tar-Riċerka fl-Università ta’ Malta jinsab fuq quddiem u jkkontribwixxi fis-settur tar-Riċerka internazzjonali, bl-iskop li jinstabu soluzzjonijiet għal mard li s’issa għad m’hemmx soluzzjonijiet għalih.
//= $special ?>

