Kompliet tikber ir-rabja fil-Ġermanja wara sensiela ta’ każi ta’ abbuż sesswali kif ukoll stupru minn gruppi organizzati ta’ irġiel Għarab u ta’ nisel Afrikan fuq nisa Ġermaniżi waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena.
Dan hekk kif feġġew ukoll rapporti ta’ każijiet simili fl-Iżvezja, il-Finlandja, L-Iżvizzera u l-Awstrija.
Ilkka Koskimaki, id-Deputat Kap tal-Pulizija ta’ Helsinki, il-kapitali tal-Finlandja, qal li dan kien fenominu totalment ġdid għal Helsinki. Dan wara li sar magħruf li gruppi ta’ immigranti kienu organizzaw ruħhom biex jħebbu sesswalment għan-nisa u tlieta minnhom s’issa kienu arrestati.
Il-Kanċillier Ġermaniż angela Merkel, mira ta’ ħafna kritika wara feġġet l-aħbar, qalet li kien intollerabbli aġir simili minn nies li l-Ġermanja ppruvat tgħin u jekk fost ir-responsabbli jinstab li kien hemm nies li ngħataw kenn fil-Ġermanja, dawn kienu se jkunu deportati. Hi żiedet li apparti li bħala Kanċillier tal-Ġermanja, bħala mara kienet ixxukjata minn dak li ġara.
Hi qalet li jrid isir reviżjoni biex ikun assigurat li dawk li ngħataw kenn u jinstabu ħatja ta’ reat jiġu deportati minnu fih.
Merkel qalet li l-Ġermanja jrid juri ċarament li l-Ġermanja mhux se tittollera lil min mhux lest jobdi l-liġijiet Ġermaniżi u ta’dan ikun hemm konsegwenzi serji.
Ftit wara l-Ewwel tas-Sena, feġġet rapporti li gruppi ta’ irġiel deskritti bħala ta’ nsiel Għarbi jew Afrikan, kienu organizzati f’gruppi u bdew iħebbu sesswalment għan-nisa li kienu fit-toroq ta’ Kologne u bliet oħra Ġermaniżi, b’anki każijiet ta’ stupru.
Issa l-ġimgħa, il-Pulizija Ġermaniża qalet li kienet arrestat 31 persuna f’Kologne b’rabta ma’ dawn l-inċidenti li minnhom 18 kienu immigranti li daħlu reċentament fil-Ġermanja. Kien rapportat li fuq it-telefone ċellulari ta’ tnejn minnhom instabu filmati ta’ aggressjoni ta’ nisa fl-Ewwel tas-Sena. Pulizija sabu wkoll noti fuq xi wħud minnhom bi fażijiet bl-Għarbi tradotti għall-Ġermaniż bi kliem bħal “ irid ikollu x’naqsam sesswalment miegħek” u “se noqtlok”.
Deportazzjoni għall-immigranti li wetqu reat…każi simili fl-Iżvezja, il-Finlandja, L-Iżvizzera u l-Awstrija
