Lokali

Frank u Alessia jilqgħu fi ħdanhom lit-tarbija Emilia

Il-kollegi tagħna fil-Kamra tal-Aħbarijiet, Alessia Psaila Zammit u Frank Psaila, ilbieraħ filgħaxija ngħatalhom f’idejhom rigal mill-isbaħ. Dan hekk kif Alessia tat il-ħajja lit-tarbija Emilia.

Fuq Facebook, dalgħodu Frank laqa f’din id-dinja lit-tarbija u f’kumment lil NETnews.com.mt qal li kemm l-omm, kif ukoll it-tarbija jinsabu f’qagħda ta’ saħħa tajba.

Frank hu l-preżentatur tal-programm Newsfeed, kif ukoll hu l-producer ta’ Iswed fuq l-Abjad, ippreżentat fost l-oħrajn mill-istess Alessia.

It-tim kollu ta’ NETnews jingħaqad fl-isbaħ xewqat lill-koppja Frank u Alessia f’dan il-mument sabiħ!