Il-Pulizija Ingliża għalqet iċ-ċentru ta’ Liverpool. Dan minħabba raġel f’uffiċju legali f’blokk bini li kellu pakett suspettuż u kien suspettat li kienet bomba. Il-każ seħħ f’Silkhouse Court f’Tithbarn Street. Nies li jgħixu u jaħdmu fil-bini ta’ madwar kienu evakwati.
Il-ġrajja damet tliet siegħat u wara rriżulta li din kienet minħabba tilwima mal-assigurazzjoni u rriżulta li ma kien hemm ebda bomba.
AĠĠORNAT: Jingħalaq iċ-ċentru ta’ Liverpool minħabba biża ta’ bomba
