Lokali

Johanna Boni se tindifen f’Malta – għada l-aħħar tislima

Johanna Boni, it-tfajla Sqallija ta’ 29 sena li sfortunatament tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fil-Mosta tlett’ijiem ilu, se tindifen f’pajjiżna, fejn kien ilha tgħix għal madwar sena.

Dan is-sit hu nfurmat li kienet ix-xewqa tal-familja tagħha li Johanna tindifen f’Malta, pajjiż ommha u l-għarus tagħha Daryl Cauchi. F’pajjiżna hi kienet taħdem, l-ewwel fi stabbiliment tad-divertiment f’San Ġwann u wara f’uffiċċju ta’ kumpanija tal-assikurazzjoni.

Il-funeral ta’ Johanna se jsir għada fit-08:30 ta’ filgħodu fir-Rotunda tal-Mosta.