Futbol Sport

Replay Preview ilejla fid-9pm fuq Net Television – Preview bl-intervisti u l-aħħar aħbarijiet qabel il-partiti kollha ta’ tmiem il-ġimgħa

Ilejla fid-9pm fuq Net Television, jirritorna l-programm Replay Preview fuq Net Television wara waqfa ta’ ġimgħatejn minħabba l-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena. Dan il-programm b’kunċett ġdid, li mall-ewwel kiseb popolarità kbira fost id-dilettanti tal-futbol lokali għaliex hu programm b’still ta’ produzzjoni differenti mill-bqija tal-programmi sportivi l-oħra li jixxandru fuq it-televiżjoni lokali, jifforma parti mill-familja tal-programmi Replay li jixxandru fuq Net Television u Radio 101.

Fil-programm tal-lejla se jkun hemm preview għall-partiti kollha ta’ tmiem il-ġimgħa hekk kif il-Kampjonat Premier jerġa’ jissokta u l-partita tal-ġimgħa se tkun dik bejn Floriana u Tarxien Rainbows. Din il-partita se tintlgħab nhar il-Ħadd li ġej fl-4pm fil-Hibernians Stadium. Qabel din il-partita t-tim ta’ Replay tkellem maż-żewġ kowċis rispettivi kif ukoll mal-aqwa skorers taż-żewġ naħat, it-Taljan Mario Fontanella ta’ Floriana u ż-żagħżugħ ta’ Tarxien misluf mingħand Valletta, Luke Montebello.

Apparti dawn is-servizzzi, ikun hemm ukoll l-intervista popolari u ta’ kull ġimgħa mis-sensiela ta’ ‘X’Sar Minnhom?‘ ma’ eks plejer jew uffiċjal li għal raġunijiet differenti m’għadux fix-xena tal-futbol lokali. Din il-ġimgħa se nkunu qed niltaqgħu mal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti, Msida St. Joseph u Valletta, Nicky Saliba li hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers ta’ nofs il-grawnd tas-snin 90.
https://www.facebook.com/ReplayNetTelevision/videos/vb.184288778338927/725115817589551/?type=2&theater
F’Replay Preview tal-lum ikun hemm servizz speċjali dwar il-plejer tax-xahar għal Novembru sponsorjat minn Twistees u magħżul mit-telespettaturi ta’ Replay, li intrebaħ minn Andrew Cohen ta’  Hibernians.
https://www.facebook.com/ReplayNetTelevision/videos/vb.184288778338927/725216870912779/?type=2&theater
Il-programm Replay Preview u mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.