Lokali

Rowen Muscat lura Malta biex jirkupra minn bronchite

Fl-aħħar żviluppi b’rabta mat-trasferiment ta’ Rowen Muscat mal-klabb Taljan ta’ Ascoli, it-tim tal-programm Replay tkellem mat-tim manager ta’ B’Kara Michael Valenzia li tenna li l-plejer ġie lura Malta sabiex ikun jista’ jikkura bronchite u la darba jkun f’saħħa fiżika aħjar, il-klabb Karkariż hu fiduċjuż li B’Kara, Muscat u Ascoli jkunu jistgħu jkomplu bin-negozjati biex iseħħ it-trasferiment.

Nhar il-Ħadd li għadda, f’intervista lil Replay, Muscat kien qal li ma setgħax jagħmel it-test mediku f’daqqa għaliex kellu infezzjoni f’sidhru liema infezzjoni fl-aħħar jiem kompliet tigrava għal bronchite.