Nar kbir li beda nhar l-Erbgħa minħabba sajjetti f’Western Australia tant huma kbar li aktarx se jwasslu biex jgħib ir-raħal ta’ Yarloop.
In-nirien diġà wasslu biex madwar 100 dar f’Yarloop jinqerdu u hemm tliet persuni nieqsa.
In-nirien infirxu b’rata mgħaġġla minħabba riħ li laħaq il-qawwa ta’ 60 kilometru fis-siegħa u qed jhedded ukoll il-bliet ta’ Waroona u Harvey kif ukoll iz-zona madwar Preston Beach.
Wayne Gregson, il-Western Australia Fire Commissioner, qal li l-Pulizija tat-Tifi tan-Nar qed isibuha diffiċli ħafna li jikkontrollaw dawn in-nirien li s’issa waslu biex erba’ Pulizija tat-Tifi tan-Nar jindarbu u trakk tagħhom jinqered.
Issa hemm maltempata kbira li qed tersaq lejn iz-zona tan-nirien, filwaqt li x-xita li din se ġġib magħha tista’ ttaffi xi ftit mill-problema, għalkemm is-sajjetti jistgħu wkoll ikabbruha.
Theddida min-nirien f’Western Australia
