It-Tim Nazzjonali Malti tal-Waterpolo dalgħodu ħalla pajjiżna fi triqtu lejn is-Serbja għall-Finali tal-Kampjonati Ewropej, li se jsiru f’Belgrad. L-ewwel logħba tat-Tim Nazzjonali Malti tintlagħab il-Ħadd fil-4.45pm (ħin lokali) kontra Franza.
Il-kontinġent Malti hu magħmul mill-Kowċ Nazzjonali Karl Izzo, l-Assistent Kowċ Anthony Farrugia, il-Kowċ tal-Goalkeepers Adrian Cachia, il-Fiżjoterapista Andrew Cole, kif ukoll il-President tal-ASA Joe Caruana Curran, il-Viċi President Karl Galea, flimkien mat-13-il plejer magħżula:
– Alan Borg Cole (Neptunes)
– Niki Lanzon (Neptunes)
– Jerome Gabarretta (Sliema)
– Nicholas Bugelli (Sliema)
– Mark Meli (Sliema)
– Matthew Zammit (San Ġiljan)
– Stevie Camilleri (Neptunes)
– Jordan Camilleri (Neptunes)
– John Brownrigg (Sliema)
– Aurelien Cousin (San Ġiljan)
– Ben Plumpton (San Ġiljan)
– Dino Zammit (San Ġiljan)
– Nicky Grixti (Sirens)
Mal-kontinġent Malti hemm ukoll ir-Referee Mario Dalli, li ġie magħżul mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Waterpolo (LEN) biex jikkontrolla xi partiti mill-Kampjonat.
//= $special ?>

