F’isem il-parroċċa tal-Gudja l-Għaqda Mużikali Marija Assunta, Soċjetà Filarmonica La Stella u l-Grupp Armar Santa Marija qed isostnu d-dritt tagħhom li jibqgħu jaħarqu n-nar fil-festa minn għalqa partikolari għaliex din hi l-uniku sit possibbli li jissodisfa l-kriterji legali.
Din il-pożizzjoni l-għaqdiet tal-Gudja esprimewha f’kumment fuq facebook wara li xi ġimgħat ilu l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni sabet li ma kien hemm l-ebda ħjiel ta’ korruzzjoni fil-konfront tal-eks Ministru Jason Azzopardi u l-uffiċjali mid-Diviżjoni tal-Propjetà tal-Gvern f’każ li jmur lura ħames snin.
Kien propju fl-2010 li Charles Catania ressaq ilment quddiem il-Kummissjoni fejn ilmenta li familtu ma’ ngħatatx il-pussess ta’ għalqa qrib il-Gudja. Din l-għalqa kienet tal-Knisja iżda imbagħad għaddiet għand il-Gvern. Skont id-Diviżjoni tal-Propjetà, Dennis Catania ma kellux jedd fuq il-propjeta’ li għaddiet għand żewġ każini tal-banda fil-Gudja stess biex minnha jittella’ l-logħob tan-nar.
L-għaqdiet tal-Gudja għamlu riferenza għal dak rapportat fuq One News nhar il-5 ta’ Jannar 2016 dwar l-għalqa fil-Gudja fejn wieħed jiddeduċi li missier il-kerrej tkellem ghan-nom tal-kerrej innifsu. Quddiem dan i-rrpaport ta’ One News l-Għaqda Mużikali Marija Assunta, is-Soċjetà Filarmonica La Stella u l-Grupp Armar Santa Marija f’isem il-parroċċa tal-Gudja għamlu osservazzjonijiet ta’ korretezza.
Għalhekk l-għaqdiet flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Gudja iffirmaw petizzjoni f’dan ir-rigward biex nkomplu jeżerċitaw dak li ġew mogħtija bi dritt u anke kien identifikat mill-esperti tal-Gvern bħala l-uniku sit possibbli li jissodisfa l-kriterji legali minn fejn huma jistgħu jaħarqu murtal u b’moħħom mistrieh.
Fid-dawl ta’ dan wieħed irid ikun segwa l-każ kollu li issa ilu għaddej kważi tlett snin fost inkwiet, qerq, qrati u tensjoni, sostnew l-għaqdiet tal-Gudja.
//= $special ?>



