L-editorjal ta’ The Times jiddikjara ċar li s-Segretarju Parlamentari Ian Borg għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika dwar il-każ tal-bini f’Wied Santa Katarina fir-Rabat u jsostni li r-responasbbiltà politika tmur lil hinn mill-parametri tal-liġi.
Fl-editorjal tagħha The Times issostni li Ian Borg kien ikun ġustifiat li jibqa’ jsostni l-pożizzjoni tiegħu kienu hu kien imressaq quddiem qorti u ħareġ liberat minn akkużi ta’ korruzzjoni iżda r-responsabbiltà politika tmur lil hinn minn hekk.
The Times tagħmel riferenza għar-rapport tal-Ombudsman li sostna li hu stramb kif Ian Borg għażel metodi dubbjużi biex japplika għall-bini fil-Wied ta’ Santa Katarina meta kull ma ried kien li terzi persuni jaġixxu f’ismu biex tkun proċessata l-applikazzjoni. L-Ombudsman qal ukoll li ma kien l-ebda riferenza għall-fatt li kienet se tintuża art ġdida. Din kienet identifikata bħala l-ikbar ksur tal-policy fil-każ.
L-editorjal ta’ The Times isostni li l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni għamlet tagħha u aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman li kkonkluda li kien hemm żball amministrattiv apposta.
The Times issostni li l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni sostniet ukoll li jekk il-metodu dubbjużi wżati minn Ian Borg fl-applikazzjoni jaqgħu taħt provvedimenti oħra tal-Kodiċi Kriminali, mhix responasbbilta tal-Kummissjoni li tagħmel dikjarazzjonijiet f’dan is-sens minħabba li r-responsabbiltajiet tagħha huma limitati biss għall-provvedimenti tal-Att tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni. Għalhekk, issostni The Times, il-korruzzjoni jista’ jkollha tifsiriet diffferenti.
L-editorjal ta’ The Times jikkonkludi li l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Kummisjsoni Kontra l-Korruzzjoni t-tnejn għandhom definizzjoni ċara tal-korruzzjoni u għalhekk il-kriminali jafu eżattament fejn qegħdin.
Dan ma jgħoddx għall-politiċi, issostni The Times, speċjalment għall-membri tal-Kabinet tal-Gvern. F’dan il-każ l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħhom jistgħu ma jammontawx għal korruzzjoni f’termini ta’ liġi minħabba li ma jkunux għaddew flus jew ma jkunux saru jew ġew imwegħda favuri. Iżda etikament, moralment u politikament l-politiċi inovluti xorta jkollhom ħafna x’iwieġbu, per eżempju f’każ fejn jkun spċifikat li intużaw metodi dubjużi u ta’ ingann biex issir applikazzjoni.
//= $special ?>