Il-Front Ħarsien ODZ qed jikkunsidra x’azzjonijiet jista’ jieħu fil-konfront tad-deċiżjoni tal-gvern li jibni l-istitut edukattivi Ġordaniż fiż-Żonqor.
Dan iddikjarah Michael Brigulio waqt laqgħa li l-Front kellu mal-Alternattiva Demokratika bħala parti minn laqgħat li l-Front se jkollu mal-partiti politiċi dwar l-ambjent.
Michael Brigulio qal li l-Alternattiva hi fuq l-istess linja tal-Front fuq diversi kwistjonijiet fosthom il-korsa tal-golf fir-Rabat u l-istitut edukattiv fiż-Żonqor. Dan flimkien ma’ kwistjonijiet oħra fosthom bini f’Ħ’Attard.
Dwar l-istitut edukattiv fiż-Żonqor, Brigulio qal li l-mandat tal-Front hu mill-aspett ambjentali iżda ried ikun ikkunsidrat ukoll li f’dan il-proġett m’hemm l-ebda investiment Amerikan, m’hemm l-ebda univesità u se jsir fuq art ODZ.
Iċ-Chairperson tal-Alernattvia Arnold Cassola qal li s-sena li għaddiet kienet waħda orribbli għall-ambjent u sostna li fil-messaġġ tal-ewwel tas-sena l-Prim Ministru kien aritifiċjali meta tkellem dwar l-importanza li l-art tkun salvagwardjata permezz tad-Dipartiment tal-Artijiet.
Arnold Cassola qal li li l-Alternattiva hi kontra l-korsa tat-tlielaq tal-karrozzi proposta għal żona ħdejn l-ajruport u qal li din ghandha tkun sfida anki għall-PN biex jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwarha. Din il-korsa se tkun qed tokkupa 100 ettaru ta’ art, li partijiet minnha huma fuq ODZ u se tikkaġuna impatt ambjentali negattiv.
Il-pożizzjoni tal-Alternattiva hi li f’Malta m’hemmx lok għal korsa tat-tlielaq tal-karrozzi. Oġġezzjonijiet oħra ambjentali mill-Alternattiva huma dwar bini ta’ djar fi Triq Dun Mikiel xerri u f’Tal-Mirakli f’Attard, l-estenzjoni tal-pompa tal-petrol ħdejn l-isptar Monte Carmeli u l-bini ta’ petrol stations ġodda enormi f’diversi żoni fosthom fis-Salini.
L-Alternattiva qed tistenna wloll li anki l-Knisja tirtira l-applikazzjoni għall-bini ta’ skola fuq art ODZ f’Ħal Għaxaq.
//= $special ?>