Din is-sena għandha tkun determinanti għall-Partit Nazzjonalista għaliex fiha l-Partit irid ikompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu fl-għeruq biex ikompli jkabbar l-appoġġ fost l-elettorat.
Dna kien li-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta indirizza riċeviment annwali għall-attivisti tal-PN fid-Dar Ċentrali.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-impenn tal-attivisti tal-Partit Nazzjonalista issa li se jsiru l-laqgħat ġenerali annwali tas-sezzjonijiet u l-istrutturi tal-Partit. Hu sostna li fil-ħidma tiegħu l-Partit Nazzjonalista jiddependi fuq l-attivisti bħala s-sors ewlieni ta’ ħidma politika.
Dwar il-Konvenzjoni ‘Idea Ambjent’, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li din se tkun attività oħra li se tkompli tikkonferma l-impenn tal-PN lejn l-ambjent.
Dan għaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-ambjent għandu jkun il-mezz kif il-bniedem itejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu.
Simon Busuttil sostna li l-Konvenzjoni se tkun parti mill-proċess ta’ djalogu li l-Partit Nazzjonalista qed iwettaq biex ikompli jibni l-politika ambjentali tiegħu biex din tkun tirrifletti dak li jixtiequ n-nies u dak li jagħmel ġid għall-pajjiż.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-2015 kienet sena li fha l-PN kompla jnaqqas id-distakk minn mal-PL u għalhekk l-2016 għandha tkun is-sena li fiha l-Partit Nazzjonalista mhux biss ikompli jnaqqas dan id-distakk iżda jirnexxielu jibdel is-sitwazzjoni għal waħda ta’ vantaġġ għall-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>