Lokali

Misruqa waqt il-funeral ta’ binthom Johanna f’Malta

Il-familja ta’ Johanna Boni, it-tfajla li tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tat-traffiku, sfat misruqa sakemm kienet Malta, għall-funeral ta’ Johanna.

Skond il-ġurnal, il-Giornale Ibleo, is-serqa saret nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar, wara li l-ħallelin pruvaw jisirqu lill-istess familja ġurnata qabel, iżda ma rnexxilhomx.

Skond l-istess ġurnal, il-ħallelin apparti s-serqa, ħallew warajhom ħmieġ uman fil-kamra tas-salott filwaqt li serqu xi affarijiet mill-kamra tat-tfajla Johanna.

Johanna Boni għadha kif ingħatat l-aħħar tislima, fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta.