Anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li x’aktarx skiddja bil-mutur tiegħu f’Birkirkara. L-inċident seħħ fi Triq Dun Karm Psaila, f’Birkirkara.
L-anzjan li għandu 70 sena kien qiegħed isuq mutur tat-tip Yamaha, direzzjoni Mater Dei, meta għal xi raġuni waqa’ bil-mutur waqt li kien qiegħed idur mar-roundabout. Persuni li tkelmu ma’ dan is-sit saħqu li x’aktarx skidja bil-mutur waqt li kien qiegħed idur mar-roundabout.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>

