Għexieren ta’ sewwieqa tal-muturi ngħaqdu flimkien dalgħodu bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar il-muturi fit-toroq kif ukoll b’appelli għal aktar attenzjoni u pieni aktar ħorox.
Is-sewwieqa tal-muturi ltaqgħu quddiem is-Showroom tal-Harley-Davidson għall-ħabta fid-9:00am. Flimkien irħewla għal quddiem il-Luxol Ground, fejn hemmhekk ingħaqdu numru sabih ieħor ta’ sewwieqa tal-muturi. Flimkien huma saqu għan-Naxxar, il-post fejn seħħ l-inċident ta’ Johanna, l-ewwel inċident fatali għal din is-sena.
“Il-kwantita’ kbira ta’ nies li qed naraw jużaw il-mobile waqt li jsuqu, hija tal-biża.” Dan kien wieħed mill-kummenti li għadda wieħed mis-sewwieqa tal-muturi, fejn flimkien ma sewwieqa oħra appellaw għal aktar attenzjoni fit-toroq. Is-sewwieqa tal-muturi saħqu li jekk jiżdiedu l-pieni, huma jkunu jista’ jħossuhom aktar safe fit-toroq.
Fuq il-post fejn tilfet ħajjitha Johanna, kien hemm ukoll preżenti omm u missier Johanna, li flimkien appellaw ukoll għal aktar attenzjoni fit-toroq, filwaqt li rringrazzjaw lis-sewwieqa preżenti għall-ġest tagħhom.
//= $special ?>