Lokali

Inkjesta turi trattament ħażin ta’ tfal fir-residenza Fra Diegu

…..carer fir-residenza Fra Diegu se tkun akkużata b’imġiba skorretta

Wara li f’Awwissu li għadda il-mument żvelat kif carers fir-residenza tat-tfal Fra Diegu ma kenux trattati tajjeb

Minn Inkjesta bil-Maġistrat dwar kif kif carers kienu jitrattaw tfal fir-residenza Fra Diegu fil-Ħamrun, ħareġ li fil-post kien hemm minnhom li ma kenux jitrattaw lit-tfal kif mixtieq.

Sorsi li tkellmu ma’ il-mument żvelaw kif minn Inkjesta bil-Maġistrat irriżulta li kien hemm ċirkostanzi fejn carers ma għamlux ix-xogħol mistenni minnhom. Saħansitra hemm allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ carer partikolari li jinvolvi swat ta’ tfal residenti f’dan l-Istitut.

Ġenituri ta’ tfal f’din ir-residenza jgħidu li jaraw qabża kbira mill-mod kif it-tfal kienu jkunu trattati mis-sorijiet għall-mod kif bdew ikunu trattati mill-carers.

Il-Pulizija jidher li għandhom materjal biżżejjed biex iressqu carer quddiem il-Qorti akkużata b’imġiba skorretta fil-konfront ta’ tfal, fosthom swat.

Il-gazzetta il-mument li f’Awwissu li għadda żvelat storja kif fis-satra tal-lejl tlett itfal
kienu ħarbu mill-kustodja tal-carers tagħhom waqt li dawn suppost kienu għall-vaganzi fir-residenza li hemm fix-Xemxija.

Dak l-inċident serju ħafna kien seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, 10 u 11 ta’ Awwissu.