Il-Professur Tanya Sammut-Bonnici jidher li hi fuq nett quddiem l-għażliet li għandu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja għall-ħatra ta’ Rettur ġdid għall-Università ta’ Malta.
Sorsi fil-kamp edukattiv, b’mod partikolari viċin ħafna tal-Università ta’ Malta, qalu lil il-mument li hi x-xewqa ta’ Kastilja li f’din il-kariga ta’ Rettur tal-Università ta’ Malta tinħatar mara għaliex b’hekk il-Gvern ikun qiegħed jieħu gwadann politiku li f’pożizzjoni daqstant importanti jkun poġġa lil persuna ta’ sess feminili.
Il-Professur Tanya Sammut-Bonnici hi l-Kap tal-Fakulta tal-Marketing, Ekonomija, Management u Accountancy fl-Università ta’ Malta.
Madankollu jidher li hemm persuni oħra li għandhom l-aspirazzjoni jew ix-xewqa li jieħdu huma din il-kariga prestiġjuża li magħha ġġorr ukoll pakkett finanzjarju mill-aqwa. Fosthom hemm l-ekonomista Mario Vella, il-Professur Godfrey Baldacchino u Dr. John Portelli.
Aktar fuq il-mument
//= $special ?>