Sewwieq ta’ mutur ta’ 19-il sena, li kien involut f’inċident matul il-lejl li għadda, ħarab mill-post wara impatt bejn il-mutur li kien qiegħed isuq u karozza. L-inċident seħħ ftit wara nofs il-lejl f’ San Ġiljan.
L-inċident seħħ fi Triq Borg Olivier f’San Ġiljan, bejn mutur Honda u karozza tat-tip Porsche Cayenne misjuqa minn raġel ta’ 41 sena miż-Żejtun, meta is-sewwieq tal-mutur qam minn mal-art u ħarab minn fuq il-post.
Is-sewwieq tal-mutur, mar lura fuq il-post tal-inċdient ftit tal-ħin wara.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>