il-Pulizija temmen li l-bomba li tpoġġiet mar-residenza ta’ Sandro Ciliberti ‘Iċ- Chilly’ ma nħadmitx Għawdex.
Fis-sigħat li għaddew il-Pulizija kompliet tinvestiga bl-aktar mod intensiv l-isplużjoni tal-bomba mad-dar ta’ Sandro Ciliberti ‘Iċ-Chilly’ sbieħ il-Ġimgħa fix-Xagħra Għawdex.
Il-Pulizija għamlet tfittxijiet fi proprjetà ta’ persuni li b’xi mod jistgħu jgħinu fl-investigazzjonijiet.
Il-problema ewlenija li qed jiffaċċjaw l-investigaturi f’dan il-każ hu li l-vittma għandu ħafna truf f’ħajtu.
Skont Sandro Ciliberti l-akbar suspett li għandu hu marbut man-negozju għandu f’Kemmuna fejn jikri siġġijiet, umbrelel u mwejjed f’waħda mill-bajjiet. Madankollu l-investigaturi ma huma jeskludu xejn.
Hemm imbagħad il-mod kif inħadmet din il-bomba. L-investigaturi jemmnu li din il-bomba ma nħadmitx f’Għawdex. Il-probabbiltà l-kbira hi li nħadmet Malta wara li ġiet ikkummissjonaha b’direzzjoni ċara li tkun bomba ta’ qawwa u tal-ħadid.
//= $special ?>