B’messaġġ qasir ta’ żewġ kelmiet imma sinifikattiv f’dan il-mument diffiċli, omm Johanna Boni, it-tfajla ta’ 27 sena li tilfet ħajjitha traġikament iktar kmieni din il-ġimgħa, irringrazzjat lis-sewwieqa tal-muturi li lbieraħ mexxew kortea mill-Isptar Mater Dei sar-Rotunda, fejn sar il-funeral.
Wara, l-istess sewwieqa tal-muturi, immexxija mill-għarus ta’ Johanna, Daryl Cauchi, saqu mir-Rotunda lejn iċ-ċimiterju fejn saret id-difna.
Dan il-ġest sabiħ, li jsir ta’ spiss meta sewwieq jew sewwieqa ta’ mutur jitilfu ħajjithom, ġibed is-simpatija ta’ ħafna, fost l-oħrajn fi gruppi Taljani fejn persuni fissruh bħala x-xempju tal-ġenerożita’ u solidarjeta’ tal-poplu Malti.
//= $special ?>


