Tard ilbieraħ filgħaxija żagħżugħ barrani tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli, u wara laqtitu u kaxkritu karozza tal-linja.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl nieqes kwart, meta għal xi raġun iż-żagħżugħ waqa’ b’mod aċċidentali minn fuq il-post li jagħti mill-Floriana, Triq Nazzjonali, għal Triq l-Indipendenza l-Floriana.
Jidher li f’dak il-waqt, għaddiet karozza tal-linja minn Triq L-Indipendenza u laqtet liż-żagħżugħ u kaxkritu ftit metri.
Iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għadejjin.
Fi stqarrija il-Malta Public Transport saħqet li se tkun qed tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fl-investigazzjonijiet tagħhom.
//= $special ?>