Tliet Membri Parlamentari Ewropej Maltin, Roberta Metsola, Therese Comodini Cachia u Miriam Dalli, huma fost il-finalisti għall-Premju prestiġġjuż tal-MEP tas-Sena.
Roberta Metsola rebħet dan il-Premju is-sena li għaddiet għall-ħidma tagħha fl-oqsma tal-Ġustizzja u l-Libertajiet Ċivili, l-istess kategorija li ġiet innominata għaliha din is-sena. Min-naħa tagħha, Therese Comodini Cachia ġiet nominata fil-kategorija tal-Corporate Governance, filwaqt li Miriam Dalli ġiet nominata fil-kategorija tal-Enerġija.
Dan ifisser li minn delegazzjoni ta’ 6 Membri Parlamentari Ewropej, Malta għandha 3 Deputati nominati.
L-Ewroparlamentari rebbieħ jitħabbar waqt iċ-ċerimonja tal-MEP Awards tal-Parliament Magazine, li ssir fi Brussell.
//= $special ?>