Internazzjonali

FILMAT: Bi żball, tħabbar li miet David Cameron

Kien mument ta’ imbarazzament għal preżentatriċi fuq ir-radju Heart FM meta bi żball qalet li kien miet David Cameron, minflok David Bowie.

Dan l-iżball swielha qares għaliex mal-ewwel bdew il-kummenti fuq Twitter jgħadduha passata żmien. Il-povra preżentatriċi spiċċat f’nofs iċ-ċajt ta’ eluf minħabba li ħabbret il-mewt tal-Prim Ministru Ingliż – meta fil-fatt riedet tlissen l-isem tal-kantant Davie Bowie li miet matul il-lejl.