Ambjent Lokali

Gelgul ta’ ilma fi triq f’Marsaskala għall-aħħar ġimgħat, rapporti lill-WSC jaqgħu fuq widnejn torox

Residenti ta’ Triq l-Artilleri f’Marsaskala jinsabu mħassba għall-gelgul ta’ ilma li ilu nieżel għal dawn l-aħħar ġimgħat. Ritratti li rċieva NETnews.com.mt juru li l-ilma ilu nieżel għal ammont ta’ żmien, tant li taħt uħud mill-bankini qed jidher ukoll tiela’ xi ħaxix ħażin.

Wara li rċieva r-ritratti, NETnews.com.mt għamel kuntatt ma’ numru ta’ residenti minn Marsaskala, li kkonfermaw ir-rapporti li waslulna dwar din it-triq. Huma qalu li diversi residenti għamlu rapporti dwar dan l-ammont kbir ta’ ilma mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, iżda sfortunatament ir-rapporti tagħhom jidhru li waqgħu fuq widnejn torox.