Ikompli l-proċess ta’ tiġdid fil-Partit Nazzjonalista hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin se jsiru l-laqgħat ġenerali tal-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista. F’dawn il-laqgħat ġenerali se jkunu eletti l-membri tal-kumitati li se jservu fil-Partit Nazzjonalista minn issa sa l-Elezzjoni Ġenerali.
Bi tħejjija għal dawn il-laqgħat ġenerali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed jiltaqa’ mal-membri tal-kumitati preżenti, l-attivisti u l-partitarji f’diversi laqgħat li matulhom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jenfazizza l-importanza tal-impenn tal-attivisti quddiem is-sitwazzjoni politika preżenti.
Fost dawn il-laqgħat hemm dawk f’Ħaż Żebbuġ, il-Birgu u f’Wied il-Għajn. Simon Busuttil tkellem dwar ir-rwol politiku tal-kumitati sezzjonali u sostna din il-ħidma hi determinanti biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ u jsaħħah il-preżenza tiegħu fost in-nies u biex jasal dejjem iktar il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil sostna li quddiem il-politika tal-Gvern Laburista hu importanti ferm li l-Partit Nazzjonalista jispjega l-politika tiegħu bħala Gvern Alternattiv.
//= $special ?>