Il-politika tal-Partit Nazzjonalista dwar l-ambjent u l-isfidi li dan is-settur qed jiffaċċja bħalissa se jkunu trattati fit-tieni konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista, konvenzjoni dwar l-ambjent, bit-tema ‘idea ambjent’. Li se ssir nhar il-Ġimgħa s-Sibt u l-Ħadd f’Lukanda f’Ħ’Attard.
Bħal ma seħħ fl-ewwel konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista, ‘Idea Malta’, mhux se jkunu biss l-attivisti tal-Partit Nazzjonalista li se jieħdu sehem fiha, anzi l-iskop tal-konvenzjoni ħu propju biex din tkun spazju għal opinjonijiet diversi ġejjin mis-soċjeta, partikolarment minn għaqdiet u opinjonisti li m’humiex parti mill-Partit Nazzjonalista.
Fil-fatt se tkun il-Perit Simone Vella Lenicker li se tippresiedi din il-konvenzjoni. Bejn l-2006 u l-2013 kienet Viċi-President u Segretarju Onorarju tal-Kamra tal-Periti. Bħalissa Simone Vella Lenicker hi l-editur tal-gurnal The Architect u hi Senior Architect fl-Architecture Projeċt.
Il-konvenzjoni Idea Ambjent għandha tkun xprun ta’ dikussjoni dwar l-issues u l-kontroversji ambjentali f’Malta u se toffri spazju għal djalogu bejn il-Partit Nazzjonalista u l-għaqdiet ambjentali. Fil-fatt għal din il-Konvenzjoni l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jistieden diversi personalitajiet mis-soċjeta ċivili biex jiddiskuti l-ambjent u jgħarblu l-proposti ambjentali.
Il-konvenzjoni Idea Ambjent se tkun mifruxa fuq tliet ijiem, bl-ewwel gurnata tiffoka fuq diskussjoni ma’ persuni involuti fil-media, it-tieni gurnata tkun tinkludi analizi prattika tal-proposti ambjentali f’numru ta’ workshops li se jitwaqqfu, waqt li t-tielet u l-aħħar sessjoni se tidħalla għad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
//= $special ?>