Lokali

Il-Ministru Abela jsostni li l-kumpless ta’ kontrit f’Xatt it-Tiben fil-Floriana sebbaħ iż-żona

Il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela jsostni li l-kumpless kontroversjali tal-konkos mibni mill-Forzi Armati f’Xatt it-Tiben fil-Floriana fil-fatt sebbaħ iż-żona.

Din id-dikjarazzjoni l-Ministru Abela għamilha meta kien qed jikkummenta mal-ġurnalisti wara l-inawgurazzjoni tal-faċilitajiet il-ġodda tal-Iswadra Marittima f’Xatt it-Tiben.

Dan il-kumpless kien f’nofs kontroversja ambjentali hekk kif l-għaqdiet ambjentali kkritikaw il-fatt li l-kobor ta’ dan il-kumpless tal-konkrit qed jgħatti s-swar tal-Floriana minbarra li qed ikerrhu l-ambjent taż-żona.

Dna il-kumpless, li sewa 5.5 miljun ewro minn fondi tal-Unjoni Ewropea, se jservi bħala post fejn jinżammu d-dgħajjes tal-Forzi Armati Maltin li jintużaw b’mod urġenti biex jintervjenu f’każi urġenti.

Flimkien ma’ dan il-kumpelss, il-Forzi Armati bnew ukoll kumplessi oħra li jservu biex issaħħu l-faċilitajiet tal-Forzi Armati fiż-żona, inkluż dawk tat-taħriġ tas-suldati speċjalizzati. Il-faċilitajiet ewlenin jinkludu wkoll crane ta’ 20 tunnellata li hu vitali biex jħaffef il-proċess biex id-dgħajjes tal-Forzi Armati jitniżżlu fil-bahar.

Il-Ministrru tal-Intern Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari responasbbli mill-fondi Ewropej Ian Borg tkellem dwar il-mod kif il-Forzi Armati qed jibbenefikaw minn miljuni ta’ fondi Ewropej biex iwettqu progetti li jsaħħu s-sigurtà nazzjonali.

Il-proġett tal-kumpless tlesta f’sebgħa xhur u kien propost f’Novembru 2012, bil-Ministru tal-Intern jispjega kif minflok dan il-kumpless, kien hemm strutturi oħra li ma baqgħux adegwati biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-Forzi Armati Maltin.