Wara l-mewt tat-tielet persuna fi żmien 3 xhur waqt li kienu taħt arrest, fi stqarrija Ministerjali ta’ ftit minuti, il-Ministru Abela ta rendikont dwar il-mewt suwiċida tal-priġunier fit-Taqsima Forensika li ġrat nhar is-Sibt li għadda.
Wara dan il-każ, il-Ministeru għall-Intern qal li fetaħ inkjesta interna dwar proposti għal titjib li se titlesta sal-21 Jannar 2016. Il-Ministru Abela qal li m’għandux isir ballun politiku minn każ ta’ suwiċidju.
Beppe Fenech Adami qal li din hi stqarrija li turi l-gravita tas-sitwazzjoni. Din kienet it-tielet mewt ta persuna taħt detenzjoni tal-pulizija fi tliet xhur. Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-poplu għadu qed jistenna r-riżultati tal-ewwel u t-tieni inkjesta u appella lill-Ministru tal-Intern biex jerfa’ r-responsabbilta politika. Fenech Adami qal li kien il-PL li għamel ballun politku mill-mewt ta’ Nicholas Azzopardi tant li l-Partit Laburista ħareġ ktieb. Tliet imwiet fi tliet xhur mhux ‘buisness as usual’, sostna Beppe Fenech Adami.
Ix-Shaodw Minister Jason Azzopardi kkritika lill-Partit Laburista għall-mod kif ħadem fil-każ ta’ Nicholas Azzopardi u li l-Partit Laburista kien wiegħed li Gvern Laburista jagħmel sorveljanza fil-lock-up. Jaosn Azzopardi kkritika l-bord tal-inkjesta u partikolarment membru li ma kinx aċċettat fis-servizzi ta’ sigurta. Jason Azzopardi appella lill-Gvern biex jagħmel inkjesta pubblika.
Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech u x-Shadow Minister Chris Said qalu li l-Gvern qed jirreferi biss għat-tielet każ u nsistew għal spjega dwar dan. Hemm konflitt ta’ intess għaliex il-Kap tad-Detenzjoni se jkun involut fl-inkjesta dwar każi serjissimi.
Id-Deputat Marlene Farrugia qalET li meta r-rule of law tkun imminata jintefa dell ikraħ fuq l-amministrazzjoni tal-pajjiż kollu. Hi semmiet it-tielet każi ta’ mewt u sostniet dawn juru li hemm xi haga li mhix tiffunzjona tajjeb. Malta ma jixirqilhiex li jintefa dell ikraħ fuq iż-żamma tal-ordni, sostniet Marlene Farrugia.
//= $special ?>