Lokali

Il-Partit Laburista jirreżisti milli jħallas it-taxxa dovuta mill-qliegħ tat-trasferiment ta’ propjetà

Wara li l-Gvern Laburista ta rigal lill-Partit Laburista wara li waqqa’ l-każ tal-Gvern kontra l-partit dwar l-Australia Hall, issa il-Partit Laburista qed jirreżisti milli jħallas it-taxxa dovuta mill-qliegħ tat-trasferiment tal-istess propjeta lill-kumpanija A.H. Developments Ltd.

F’rapport fil-ħarġa ta’ The Sunday Times, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien għamel stima tal-valur tal-propjeta’ li kienet ta’ madwar €5 miljun u t-taxxa dovuta fuqha hi ta’ ftit inqas minn 50 elf ewro,

Wara oġġezzjoni mill-Partit Laburista, l-istima tnaqqset għal 2 miljun ewro u t-taxxa dovuta, konsegwentement niżlet għal ftit inqas minn 15-il elf ewro.

Iżda issa, il-Partit Laburista qed jinsisti li m’għandu jħallas ebda taxxa, għaliex il-partiti politiċi huma eżenti mit-taxxa.

The Sunday Times tirrapporta li l-Avukat tal-Partit Laburista, Pawlu Lia argumenta li skont il-liġijiet dwar it-taxxa tad-dħul, id-dħul ta’ partiti politiċi, inkluż dħul mill-każini, hu eżenti mit-taxxa.