Il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete qed tappella lil Malta biex tul il-Presidenza tal-UE tpoġġi l-problema tad-dijabate bi prijorità fuq l-aġenda biex titkabbar il-kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ iktar inizjattivi quddiem din il-marda.
L-azzjonijiet li għandhom jittieħdu dwar il-problema tad-dijabete kienu trattati f’laqgħa li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista kellu ma’ Sehnaz Karadeniz, il-President Reġjonali tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dibatete fl-Ewropa.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li din il-laqgħa saret propju fil-ġurnata meta l-Parlament approva liġi mressqa mill-Oppożizzjoni dwar ħajja sana għall-familji Maltin.
Hu qal li f’Malta hawn 10 fil-mija tal-popolazzjoni li tbati mid-dijabete u espriema qbil li tul il-presidenza tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha tippromwovi iktar kuxjenza u azzjoni dwar id-dijabate.
Il-Partit Nazzjonalista hu mpenjat li jippromwovi ħajja sana biex titnaqqas ukoll il-problema tal-obeżità fis-soċjetà Maltija.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li kien akkumpanjat mid-deputat Nazzjonalista Clyde Puli, tkellem ukoll dwar il-ħidma li qed titwettaq fil-Parlament Ewropew dwar il-marda tad-dijabete.
//= $special ?>