Wara sitt xhur il-Kap Eżekuttiv il-ġdida tal-Malta Libraries għadha tiddiskuti t-tiswijiet neċessarji
Il-lift fil-Librerija pubblika tal-Furjana ilu wieqaf minn Ġunju tas-sena l-oħra u għadu jinsab imbarrat bl-injam.
Dan il-każ tqajjem fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, li staqsa lill-Ministru responsabbli Evarist Bartolo jgħid kemm ilu wieqaf il-lift fil-Librerija pubblika tal-Furjana.
Il-Ministru Bartolo qal illejla fi tweġiba li ta bil-miktub lid-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, li wara inċident li seħħ f’Ġunju 2015, saru investigazzjonijiet minn surveyor indipendenti.
Qal ukoll li minħabba li xahar qabel kien sar service fuq dan il-lift fejn ġie ċċertifikat li qed jopera tajjeb, il-Kap Eżekuttiv il-ġdida tal-Malta Libraries qed tiddiskuti mas-supplier dwar it-tiswijiet neċessarji.
//= $special ?>