L-aħħar film fis-sensiela Star Wars bl-isem The Force Awakens waqqaf rekord ieħor, din id-darba fiċ-Ċina, fejn daħħal l-ekwivalenti ta’ $53 miljun mill-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ wiri fil-kumplessi taċ-ċinema lokali.
Iċ-ċifra tikkonferma l-ogħla livell ta’ dħul għal produzzjoni (ċinematografika) ġdida għal hekk imsejjaħ opening weekend fil-pajjiż speċifiku. Intant, l-aħħar kapitlu ta’ Star Wars beda jintwera fiċ-Ċina proprju xahar wara li ddebutta fis-swali madwar id-dinja.
Skont il-Walt Disney Studio, Star Wars: The Force Awakens sar it-tielet l-aktar film fl-istorja li rnexxa minn aspett kummerċjali ‘fuq livell globali’.
Il-film ‘numru wieħed’ f’din il-kategorija unika jibqa’ Avatar (li ħareġ fl-2009) u li daħħal total ta’ $2.8 biljun mill-box office. Warajh, fit-tieni post hemm Titanic (2007).
Il-kumpanija Disney, li għandha l-franchise tal-produzzjonijiet ta’ Star Wars li jibbażaw fuq avventuri intergalaktiċi, għamlet promozzjoni kbira għall-aħħar film tas-sensiela fiċ-Ċina. Fil-fatt, The Force Awakens hu l-ewwel episodju tas-sensiela li raw numru kbir ta’ Ċiniżi, peress li Star Wars oriġinali ma ntweriex fiċ-Ċina meta ħareġ.
//= $special ?>