Filwaqt li baqgħu jaqbdu nirien kbar li ħakmu qalb zoni ta’ foresta u l-aħrax fl-Istat ta’ Western Australia, it-temp favorevoli, issa, qed jgħin biex l-iskwadri għall-emerġenzi jikkontrollaw aħjar is-sitwazzjoni.
Il-Ministru tal-Istat għas-Servizzi ta’ Emerġenza, Joe Francis, qal li filwaqt li kien ‘fadlilhom x’jistinkaw’, kien hemm ukoll tamiet li l-iskwadri jirnexxilhom irażżnu l-fjammi ‘fi kwistjoni ta’ 24 siegħa’.
F’dawn in-nirien tilfu ħajjithom żewġ irġiel anzjani li l-katavri tagħhom instabu fil-fdalijiet ta’ djar li nħakmu min-nirien. L-hekk-imsejħa bushfires, il-ġimgħa l-oħra, avvanzaw mill-belt ta’ Yarloop, viċin ta’ Perth, fejn qerdu talanqas 130 residenza.
Intant, l-aħħar kundizzjonijiet tat-temp favorevoli għenu biex l-iskwadri nkarigati mill-kontroll tan-nirien jeżerċitaw strateġiji aktar effettivi biex ibiegħdu t-theddida.
Naqas ukoll il-livell ta’ allert għar-reġjun, bir-residenti ta’ Harvey u Waroona jkunu infurmati li ‘jistgħu jirritornaw lejn djarhom’.
//= $special ?>