“Ninsab kuntent bil-prestazzjoni tat-tim iżda definittivament stajna akkwistajna riżultat aktar rispettabli minħabba l-fatt li sofrejna gowls faċli speċjalment fuq kontrattakki bil-ballun f’idejna u fuq żewġ rebawnds. Dan hu t-tournament tal-ogħla klassi u rridu definittivament naslu għal dan il-livell”, sostna Karl Izzo fil-kummenti lil dan is-sit.
“Bħala pajjiż żgħir għandna nkunu kburin li nikkompetu ma’ dawn il-pajjiżi l-kbar. Stevie CAMILLERI kien stupend u kien ta’ sapport kontinwu għat-tim. Matthew ZAMMIT kien ukoll eċċelenti fis-centre. Aurelien COUSIN orkestra lid-difiża b’mod eċċezjonali, iżda l-aħħar u mhux l-inqas, kuntent ħafna bid-debutt taż-żewġ żgħażagħ Nicholas BUGELLI u Ben PLUMPTON”.
//= $special ?>

