Stqarrija ta’ tama mill-mara tal-kantant David Bowie li miet tard il-Ħadd bil-lejl. L-eks mudella Somala Iman Abdulmajid, li kienet ilha miżżewġa ma’ Bowie 24 sena, kitbet hekk fuq Twitter; “Il-battalja tal-ħajja hija reali, iżda anke Alla huwa reali”.
Messaġġi simili twasslu ukoll minn kantanti u personalitajiet oħrajn fosthom Madonna, Mick Jagger, Brian May u Roger Taylor.
Il-Gvern tal-Ġermanja fi stqarrija uffiċjali sellem il-memorja ta’ Bowie, u qal li l-kantant leġġendarju kien strumentali biex waqa’ il-ħajt ta’ Berlin. Messaġġi oħra waslu mill-eks Prim Ministru Ingliż Tony Blair, minn disinjaturi tal-moda, DJs, atturi ta’ Hollywood. U anke mill-Vatikan li kwota silta mill-lirika tal-kanzunetta Space Oddity sabiex sellem il-memorja ta’ persuna li jibqa’ imfakkar bhala ikona muzikali.
//= $special ?>