Il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, esprima d-dubji serji tiegħu fil-Parlament dwar jekk qatt inkunux nafu l-fatti li wasslu għall-mewt ta’ tliet persuni fl-aħħar tliet xhur waqt li kienu fil-kustodja tal-Pulizija.
Meta tkellem illejla fil-Parlament, Beppe Fenech Adami saħaq li l-Ministru għall-Intern Carmelo Abela għandu l-obbligu jagħmel inkjesta pubblika flimkien mal-inkjesta Maġisterjali li ssir b’mod naturali minħabba s-serjetà tal-każ.
Ikkritika bil-qawwa li wara t-tielet każ ta’ suwiċidja fi tliet xhur ta’ persuni li kienu fil-kustodja tal-Pulizija, qiegħed jibqa’ jirrifjuta li jagħmel inkjesta pubblika. Ikkritika wkoll id-deċiżjon tal-istess Ministru li waħdu li tkħatar biss inkjesta interna u ma tax sturzzjonijie biex jiġu investigati t-tliet każi.
Beppe Fenech Adami irrifera għall-istqarrija ministerjali li għamel ilbieraħ fil-Parlament il-Ministru Abela, meta ħabbar li l-Ministeru kien se jaħtar inkjesta interna dwar l-aħħar każ ta’ suwiċidja li seħħ fil-kustodja tal-Pulizija s-Sibt li għadda.
Partit Laburista ta’ double standards
Sejjaħ bħala double standards li qed juża l-Partit Laburista llum fil-Gvern, ma’ dik tal-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni fil-leġislatura li għaddiet meta wara l-mewt ta’ Nicholas Azzopardi li kien ħarab mill-kustodja tal-Pulizija u neħħa ħajtu meta qabeż minn għoli fil-viċinanzi tad-depot tal-Puliizja, l-Oppożizzjoni Laburista kienet ressqet mozzjoni fil-Parlament biex tinqata’ ras il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici.
Fakkar li kellna lil Muscat jitlob lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex ineħħi minn Ministru lil Carm Mifsud Bonnici.
Fisser li tistona llum l-imġiba tal-istess Partit li issa hu fil-Gvern, li jinħeba biss wara nkjesta interna u jibqa’ jirrifjuta li jinvestiga t-tlett imwiet li seħħew fl-aħaħr tliet xhur.
L-Oppożizzjoni Laburista kienet ippubblikat ktieb dwar il-mewt ta’ Nicholas Azzopardi u sejħet għar-riżenja tal-Ministru
Fakkar ukoll li dak iż-żmien ukoll, l-Oppożizzjoni Laburista kellha lid-Deputat Evarist Bartolo li kien ippubblika ktieb u għamel kampanja sħiħa mal-familjari ta’ Nicholas Azzopardi u b’ħafna allegazzjonijiet serji li kollha rriżutaw infondati fil-konfront tal-Pulizija u fil-konfront ta’ Carm Mifsud Bonnici. Fakkar li l-iskop tal-pubblikazzjoni tal-ktieb kien biex iwaqqa’ dak li ġie stabbilit bżewġ inkjesti.
Irrimarka li llum għandna gvern li ma jridx jagħti widen għat-talba tal-Oppożizzjoni biex jaħtar inkjesta pubblika u mhux interna. Fakkar ukoll li fil-każ tal-mewt ta’ Nicholas Azzopardi, il-Prim Ministru Gonzi kien ta amnestija biex kull min jaf xi ħaġa fuq il-każ jgħidha mingħajr biża’ jew problema. Fakkar ukoll li l-inkjesta mill-Maġistrat stabbilixxiet li ma kien hemm ebda nuqqasijiet mill-pulizija. Saret ukoll inkjesta pubblika mill-eks-Imħallef Manchè li stabbilixxiet li l-allegazzjonijiet li għamlet l-Oppożizzjzoni ta’ dak iż-żmien kienu infondati.
Il-Gvern illum irid biss inkjesta interna u jirrifjuta li jaħtar inkjesta pubblika
Beppe Fenech Adami qal li kull ma għamel il-Ministru Abela quddiem sitwazzjoni gravi ta’ tlett imwiet, kien li jaħtar inkjesta interna bi tliet persun lii jaqligħu x’jieklu mill-Gvern, u li tnejn minnhom min-natura ta’ xogħolhom jista’ jkollhom kunflitt ta’ interess. Irrimarka wkoll li ma jifhimx kif il-persuna l-oħra għandha l-kompetenza li tindaga dan il-każ.
Sejjaħ is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Gvern quddiem dawn it-tlett imwiet bħala assurda. Gvern li tela’ bl-għajta tat-trasprenza, kontabbiltà u merritokrazija, u quddiem dawn l-inċidenti serji għandna Ministru intransiġenti u ma jridx jagħmel inkjesta pubblika.
Tkellem dwar l-istat li tkun fih persuna arrestat u ż-żmien diffiċli kli tgħaddi minnu. Dan, iżda, saħaq Beppe Fenech Adami, ma jnaqqasx mir-responsabbiltà tal-Pulizija li tassigura li ma jsirux attentati ta’ suwiċidja u li jiġu evitati mwiet.
Żewġ każi f’25 sena iżda tliet każi fl-aħħar tliet xhur
Spjega wkoll li l-fatti tat-tlett imwiet li seħħew fl-aħħar tliet xhur, huma totalment differenti mill-każ traġiku wkoll li seħħ fil-leġislatura li għaddiet. Irrimarka wkoll li filwaqt li f’25 sena ta’ gvernijiet Nazzjonalisti kien hemm żewġ każi ta’ suwiċidja fil-kustodja tal-Pulizija, fl-aħħar tliet xhur taħt dan il-gvern seħħew tliet każi.
Dwar dawn it-tliet każi tal-aħħar tliet xhur, Beppe Fenech Adami fakkar li Ministru Abela qed uża kejl differenti u qed iqis it-tliet każi differenti minn xulxin.
Fakkar li fl-ewwel każ ta’ suwiċidja tliet xhur ilu, il-każ tmewwet bi stqarrija xotta u bil-Kummissarju tal-Pulizija jgħid li se jħalli f’idejn il-Maġistrat inkwerenti.
Fit-tieni każ il-Kummissarju tal-Pulizja flok ta spjegazzjoni dwar x’ġara, rajna t-traġedja ta’ Kummissarju li jitkellem biss fuq min hi l-persuna li wettqet suwiċidja u qal fost l-oħrajn li kellha problema ta’ droga, kienet bla dar u li kienet inqabdet tisraq. Iżda ma qalx kif ma ttiħdux passi wara l-ewwel każ. Dakinhar, il-Puliizja u l-Ministru qalu li mhux se jindaħlu u mhux se jagħmlu nkjesti u ġallew biss l-inkjesta Maġisterjali li ssir b’mod naturali quddiem każi serji bħal dawn.
U fl-aħħar każ tas-Sibt li għadda, it-tielet wieħed, rajna lill-Ministru jistrieħ biss fuq inkjesta interna u jibqa’ jirrifjuta li jordna inkjesta pubblika.
Beppe Fenech Adami saħaq li hu għalhek id-dubju serju dwar jekk qatt inkunux nafu l-fatti li wasslu għall-mewt ta’ tliet persuni fl-aħħar tliet xhur waqt li kienu fil-kustodja tal-Pulizija.
//= $special ?>