F’Għawdex għad hemm biss spettur wieħed wara li l-ispettur l-ieħor stazzjonat fil-gżira ta’ Għawdex kien trasferit lejn Malta b’mod temporanju. Wara li għaddew issa diversi ġimgħat minn dan it-transfer temporanju, Għawdex għadu bi spettur wieħed.
Fil-Parlament, ix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, jispjega għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li miż-żewġ Spetturi tal-Pulizija stazzjonati f’Għawdex wieħed minnhom jiġi trasferit lejn Malta biex issa f’Għawdex hemm Spettur tal-Pulizija wieħed biss.
Il-Ministru Abela qal fit-tweġiba tiegħu, li t-trasferiment ta’ spettur minn tnejn stazzjonati Għawdex huwa wieħed temporanju u dan sar minħabba esiġenzi tas-servizz.
Il-Ministru ma weġibx dwar jekk jaħsibx li Spettur wieħed jistax ilaħħaq max-xogħol ta’ Għawdex kollu, li hu wkoll estensiv.
//= $special ?>