Partijiet minn Malta bħalissa jinsabu mingħajr il-provvista tad-dawl. Fl-aħħar ħinijiet, kienu diversi dawk li għamlu kuntatt ma’ NETnews.com.mt biex jirrappurtaw il-qtugħ ta’ dawl. Ir-rapporti waslu minn żoni differenti tal-pajjiż, fosthom minn Tas-Sliema u anke minn Ħaż-Żabbar.
Il-persuni li tkellmu magħna qalu li għamlu kuntatt mal-Enemalta, bl-unika tweġiba li ngħataw kienet li qed isir xi xogħol fiż-żoni rispettivi. Mistoqsija kemm jista’ jkun li jdum dan il-qtugħ fil-provvista, l-impjegati tal-Enemalta ma taw l-ebda tweġiba.
//= $special ?>
