Raġel inbtagħat 18-il xahar ħabs, kien immultat €6,000 u kellu l-liċenzja sospiża għal sena wara li ammetta li saq fuq saqajn Pulizija Lejlet il-Milied. Ir-raġel, Angelo Tanti ta’ 54 sena mill-Fgura, ammetta l-11-il akkuża li l-Pulizija ressqu kontrih u skuża ruħu għall-azzjonijiet tiegħu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia. Hu kellu diversi każi oħra mal-Pulizija.
Jirriżulta li Tanti rrifjuta li jieqaf meta ordnawlu l-Pulizija, bil-konsegwenza li l-Puliizja saqu warajh fi Triq Reġjonali sakemm waqaf taħt il-mina. Kien waqt li l-Pulizija kien qed jispezzjona d-dokumenti tax-xufier, li dan saq fuqu u għadda minn fuq saqajh.
Minkejja dan, il-Pulizija xorta baqa’ jsuq wara x-xufier, iżda kellu jieqaf Ħal Qormi, fejn ingħata l-ewwel asssistenza mill-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, li nzerta għaddej minn hemm. Ir-Ragel kien arrestat l-għada fil-Fgura u tressaq il-Qorti. Hemm, għall-ewwel hu ċaħad l-akkużi, iżda aktar tard biddel il-verżjoni u ammettiehom.
Fid-decizjoni tagħha, il-Qorti qalet li minkejja l-ammissjoni, il-każ seta’ kellu konsegwenzi ħafna aktar gravi.
//= $special ?>
