Għall-ħabta tas-6pm, il-gżejjer Maltin theżżu għal ftit sekondi.
It-theżżiża, li tkejlet 4.4 fuq l-Iskala Richter, inħasset minn diversi nħawi, fosthom f’Birkirkara, Pembroke, Ħaż-Żebbuġ u Ta’ Xbiex.
Jirriżulta li t-theżżiża, li damet għal madwar 10 sekondi, inħasset aktar f’Għawdex, hekk kif l-epiċentru tagħha kien madwar 32km fil-grigal ta’ Malta.
Sadanittant, kawża tat-theżżiża kellha tiġi sospiża għal ftit ħin is-seduta Parlamentari, li kienet għadha qed tibda.
Sorsi mill-Pulizija li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li ma jirriżultax li kien hemm xi rapporti ta’ ħsarat jew inċidenti.
//= $special ?>