Lokali

Diżappunt mill-Kunsill tal-Floriana għall-proġett f’Haywharf

Il-Kunsill Lokali Floriana fi stqarrija għamel referenza għall-artikli riċenti ppubblikati f’ġurnali u siti lokali, fejn ġie rrapurtat li l-Ministru Carmelo Abela qal li l-proġett tal-Forzi Armati ta’ Malta ġewwa ż-żona magħrufa bħala Taħt-il-Forka fil-Floriana sebbaħ iż-żona.

Il-Kunsill qal illi jinsab diżappuntat li, minkejja l-ħafna karbiet tiegħu, l-patrimonju kulturali ma’ ġiex salvagwardjat kif jixraq, bil-konsegwenza li illum quddiem swar tant majestużi, wieħed isib blokka tal-concrete, li zgur mhux qed issebbaħ iż-żona magħrufa bħala Haywharf.

Tajjeb li jingħad ukoll, li l-Kunsill tal-Floriana kien imwiegħed li kien ser isir intervent fuq il-concrete sabiex dan jagħmel l-inqas ħsara viżwali possibli permezz ta’ wall cladding li kellu jkun tal-istess lewn bħall-ġebel tas-swar – minkejja dan, jidher li dan l-intervent ma’ sarx, u per konsegwenza dak li kien diġa’ estetikament ikrah, krieħ ferm aktar.