Futbol Sport

FILMAT – Nicky Saliba setgħa kien plejer ta’ Hibernians qabel ma ssieħeb lil Valletta

Nicky Saliba hu wieħed mill-aqwa plejers fil-futbol Malti tas-snin 90. Kien midfielder ta’ saħħa li għamel isem għaliħ meta rebaħ kull unur fil-futbol Malti ma’ Valletta. Lagħab ukoll ma’ Msida St. Joseph fejn magħhom beda’ l-karriera tiegħu fil-futbol lokali. Lagħab numru kbir ta’ partiti mat-tim nazzjonali Malti. Il-presentatur tal-programm Replay, Christian Micallef iltaqa’ ma’ Saliba u tkellem miegħu dwar il-karriera sabiħa tiegħu bħala plejer fir-rokna ‘X’Sar Minnhom?’ li tifforma parti mill-programm Replay Preview li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.

Saliba jitkellem dwar kif seħħ it-trasferiment tiegħu minn ma’ Msida St. Joseph għal ma’ Valletta kif ukoll dwar il-fatt li kien viċin ħafna li minflok Valletta kien se jissieħeb lil Hibernians.

Segwi din l-intervista permezz ta’ dan l-artiklu.

Għal aktar intervisti minn din ir-rokna popolari kif ukoll għall-aħħar aħbarijiet dwar il-futbol lokali, agħfas LIKE fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook.